Carragher jiskuża ruħu talli libes flokk biex juri sapport lejn Suarez

L-eks difensur ta’ Liverpool Jamie Carragher għamel skuża pubblika lil Patrice Evra talli libes it-T-shirt li kien juri sapport lejn Luis Suarez. Dan il-ġest sar wara li l-Urugwajan abbuża razzjalment lill-Franċiż lura flf-2011.

Wara xahrejn ta’ investigazzjoni, Suarez twaqqaf milli jilgħab għal tmien logħbiet mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol f’Diċembru.

L-għada ta’ dan, Liverpool libsu flokk b’ritratt ta’ Suarez waqt il-warm-up qabel il-logħba mill-Premier League kontra Wigan.

Carragher qal li l-klabb kien għamel ħażin.