​Carmelo Abela u l-Kummissarju tal-Pulizija jridu iktar taħriġ għall-pulizija

Il-Ministru l-ġdid tal-Intern, Carmelo Abela, u l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija Michael Cassar, diġà ltaqgħu u ddiskutew it-taħriġ tal-uffiċjali tal-Pulizija nkluż l-użu tal-armi.
Il-Ministru u l-Kummissarju tal-Pulizija qablu li l-membri tal-Korp għandu jkollhom iktar taħriġ kontinwu u rilevanti, mil-lat prattiku u minn dak teoretiku.
Il-Ministru qal dan fil-Parlament hu u jwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Bejn Ġunju tas-sena li għaddiet u Settembru li għadda, kien hemm 23 membru tal-pulizija tad-Distrett li ngħata tlett ijiem taħriġ b’armi tan-nar.
Il-Ministru spjega wkoll li bejn Ottubru u Novembru li għadda, kien hemm 188 uffiċjal mid-Distrett li ngħataw taħriġ ta’ 4 sigħat kull wieħed, inkluż taħriġ b’armi tan-nar. 
Ritratt: CMRU Stephen Busuttil