Carlos Hevia Menendez hu l-BOV plejer ta’ Diċembru 2014

Ir-rebħa fuq Naxxar begħdithom miż-żona tar-relegazzjoni. Il-pass preċiż lil Aboulezz fir-34 minuta tahom din ir-rebħa li tant kellhom bżonn.
Carlinos skorja l-gowl ta’ Tarxien fit-telfa ta’ 2-1 kontra Żebbuġ, meta rnexxielu jieħu pussess tal-ballun barra l-kaxxa u spara xutt fil-kantuniera l-baxxa ta’ Fabricio Rapchan Morales fil-lasta ta’ Żebbuġ. Din il-prestazzjoni ratu jiġi vvutat bħala l-BOV Plejer tal-logħba.
Marica Ellul, Maniġer tal-Bank of Valletta fil-fergħa ta’ Paola, ippreżentat il-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar lil Menendez.