​Carles Puigdemont arrestat fil-Ġermanja

L-eks Kap tal-Katalunja Carles Puigdemont ġie arrestat fil-Ġermanja skont l-avukat tiegħu.
Il-BBC qed tirrapporta li Puigdemont inżamm waqt li kien qed jaqsam mid-Danimarka lejn il-Belġju.
Hu qed jiffaċċja akkużi ta’ tixwix kontra l-istat fi Spanja.
Riċentement reġa’ ġie attivat mandat Ewropew għall-arrest tiegħu.
It-tensjoni fil-Katalunja għadha qawwija. Il-mexxeja separatisti abbandunaw il-pjanijiet li kellhom biex isibu President ġdid wara l-arrest tal-aħħar kandidat għal din il-kariga.
Carles Puigdemont tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ President tal-Katalunja wara li l-Gvern f’Madrid neżża lil dan ir-reġjun mill-awtonomija wara li l-Parlament iddikjara l-indipendenza.