Aġġornata bl-awdjo u r-ritratti: Caritas Trail: Min jimxi, min jiġri u min isuq ir-rota!

Newsbook tkellem ma’ Dun Karm Farrugia, li qalilna kemm baqa’ mistagħġeb bl-attendenza tan-nies.

Qalilna wkoll li daħħlu aktar żgħażagħ fil-familja tal-Caritas, u li b’hekk tkun tista’ tkompli l-ħidma. Huwa dan l-entużjażmu li jħajjar kemm lil nies oħra sabiex jissieħbu mal-Caritas, kif ukoll dawk li diġa’ qegħdin fiha, sabiex ma jaqtawx qalbhom mill-isfidi finanzjarji.

Temm jgħid li huwa l-fatt li hemm il-poplu Malti wara l-Caritas u li japprezza x-xogħol li jagħmel li jagħmillu kuraġġ.  

Iktar kmieni:

Illum il-Caritas qed torganizza dik li qed tissejjaħ Caritas Trail.

Dalgħodu fid-disgħa w’nofs, grupp ta’ persuni ltaqgħu ħdejn l-iskola tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ u minn hemm mxew lejn il-komunità ta’ San Blas. Diversi oħra ltaqgħu f’Ħad-Dingli u minn hemm iġġogjaw jew użaw rota biex minn hemm ukoll jaslu lejn l-istess kommunità.

Il-parteċipanti kienu mħeġġa li jagħtu donazzjoni ta’ €10 b’risq is-servizzi tal-Caritas.