Caritas Malta toffri servizzi onlajn għall-persuni vulnerabbli

Luke Zerafa

Il-Caritas Malta ħabbret li se tkun qed tibqa’ toffri s-servizz u s-sapport tagħha permezz ta’ sistemi teknoloġiċi bħal email, webcams u telefonati.

Fi stqarrija, il-Caritas Malta spjegat li ma tistax tkompli bis-servizzi tagħha ma’ dawk l-aktar vulnerabbli m’mod normali dan hekk kif il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, minn fejn topera s-servizzi tagħha, tinsab magħluqa.

Spjegat li l-istaff professjonali tagħha, sab mod differenti kif jgħin lil dawn il-persuni.

Tista’ ċċempel jew tibgħat SMS lil Caritas Malta fuq: 79213480, 79213479, 79213482 u 99122515.

Tista’ wkoll tikkuntattja lil Caritas Malta billi tibgħat e-mail fuq: help@caritasmalta.org.

Għall-informazzjoni tiegħek:

Posted by Caritas Malta on Monday, March 16, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn