Carisma Spa and Wellness innominat għall-World Luxury Spa Awards 2016

Carisma Spa and Wellness fil-Lukanda InterContinental Malta, ġie nnominat għall-premju prestiġjuż tal-World Luxury Spa Awards 2016. Madwar 500 spa, li huma fost l-aqwa u l-iktar  lussużi fid-dinja kollha, se jkunu qed jippreżentaw ir-reputazzjoni u l-professjonalità tagħhom meta se jkunu qed jikkompetu għal dan il-premju annwali.
Carisma Spa and Wellness fl-Intercontinental Malta, bi preżenza wkoll f'Malta f'żewġ lukandi oħrajn – Seashells fis-Suncrest u l-Qawra  Palace – għandu l-uniku Turkish hammam f'Malta, spa tradizzjonali Tork awtentiku li jiħdok lura għaż-żminijiet antiki, magħruf għall-mod naturali li bih inaddaf u jtaffi l-uġigħ, u li minnhom tgawdi s-saħħa tal-bniedem. Il-hammam jippreżenta spazju sagru li jilqa' fih ritwal għall-purifikazzjoni tal-ġisem, fejn l-ilma fitel jiġi wżat bħala karatteristika ewlenija fil-proċedura biex jitnaddaf kemm il-fiżiku kif ukoll l-aspett emozzjonali.
Dan hu pass sinifikanti 'l quddiem kemm għall-Carisma Spa and Wellness kif ukoll għat-turiżmu f'Malta. Pass li jattira lil kull min ikun qiegħed ifittex speċifikament li jżewwaq btala mar-ritwal li tant jaffaxxina u jippurifika l-ġisem, filwaqt li jagħti kunfidenza akbar lill-impjegati tal-Carisma Spa, u li finalment iwassal biex itejjeb is-servizz.
Ir-ritwal tradizzjonali li jippurifika l-ġisem li jingħata mill-Carisma Spa and Wellness hu magħruf mhux biss li jħalli effett fuq il-purifikazzjoni tal-ġisem, iżda wkoll iħalli l-istess effett ta' trankwillità fuq il-moħħ u r-ruħ, u li finalment iwassal lill-persuna biex toħroġ mill-esperjenza  tal-banju Tork bħala persuna ppurifikata. Carisma Spa and Wellness joffri l-esperjenza tal-hammam għall-prezz ta' €59. Il-prezz jinkludi l-użu tal-faċilitajiet tal-ispa fosthom il-heated pool, steam bath u sauna, u tè ditossifikantti u kafè tradizzjonali Tork kemm tixtieq. Wieħed jista' juża l-hammam kemm bħala parti minn grupp jew b'mod individwali.