Carer b’akkuża li stupra kollega fuq il-post tax-xogħol

Raġel li allegatament stupra kollega li kienet qed tnaddaf kamra fuq il-post tax-xogħol tagħhom inżamm taħt kustodja wara li ċaħad l-allegazzjonijiet miġjuba kontrih fil-qorti.

Ir-raġel li hu mill-Indja, iżda jgħix ir-Rabat ġie arrestat wara li l-pulizija rċeviet rapport mingħand mara li qalet li ġiet stuprata waqt il-ħin tax-xogħol. Il-mara spjegat lill-pulizija kif għall-ħabta tal-10:00am, waqt li kienet qed tnaddaf waħda mill-kmamar, l-akkużat, allegatament daħal fil-kamra, qabadha minn wara u stupraha.

Il-mara spjegat li l-inċident dam għal madwar minuta. Ir-raġel imbad telaq mill-kamra biex iġib biċċa ħobż u hekk kif wara ftit mar lura biex ikompli fejn ħalla, sab li kien hemm it-tielet persuna fil-kamra u b’hekk ma kompliex bil-pjan tiegħu.

Wara dan l-inċident, il-vittma ċemplet lis-sieħeb tagħha u rrappurtat l-inċident lill-pulizija. Il-mara ntbatet tagħmel eżami mediku, fejn kien approvat li l-istupru kien verament seħħ.

Il-Qorti ma tatx il-pleġġ lill-akkużat u ordnat biex l-isem tad-dar fejn  jaħdmu, kif ukoll tal-allegata vittma ma jiġux ippublikati.