Cardona jirriżenja mill-Parlament

L-eks Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona llejla rriżenja mill-Parlament.

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qal li wara 24 sena fil-Parlament kien wasal iż-żmien li jirriżenja. Huwa qal li għandu 48 sena u li allura nofs ħajtu qattagħha fil-Parlament, u għalhekk ħass li kien ta kontribut biżżejjed fil-ħidma parlamentari.

Cardona qal li kien qed jirriżenja lejlet Jum il-Ħaddiema, festa għal qalbu ħafna u awgura lill-ħaddiema kollha li qed jgħaddu minn mument diffiċli biex jagħmlu kuraġġ, għaliex Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela qed jaħdem qatiegħ biex joħroġ lill-pajjiż minn din is-sitwazzjoni.