Cardona għandu jitneħħa minn Deputat Mexxej – AD

Chris Cardona

Read in English.

L-Alternattiva Demokratika tappella biex Chris Cardona jitneħħa minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista wara li s-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia semma ismu li kien qed jikkominika mal-Fulu. L-Alternattiva Demokratika qalet dawn il-fatti mhumiex tal-biża iżda wkoll skandalużi.

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li huma jinsabu konxji li fix-xhur li għaddew il-pulizija kellhom għajnejhom fuq Chris Cardona, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u kienet qed tinvestiga l-informazzjoni li kellha f’idejha dakinhar. L-AD żiedu li l-pulizija tinvestiga l-informazzjoni la darba titħalla taġixxi fil-libertà. Żiedu li f’dawn iċ-ċirkostanzi Chris Cardona għandu jwarrab minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.

Fl-ewwel ta’ Ġunju, fil-Qorti kompliet tinstema x-xhieda ta’ Melvin Theuma. Fix-xhieda tiegħu Theuma qal li Yorgen Fenech qallu li Adrian Delia kien mar jiekol għandu imma ma jafx jekk qallux hekk biex jiffanfra dwar kemm jaf nies.

Fid-29 ta’ Mejju, il-Qorti ddeċidiet li Yorgen Fenech inkisrulu d-drittijiet minħabba r-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika imposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus, u ordnat li l-kumpilazzjoni tax-xhieda tkompli tinstema’ immedjatament.