Card speċjali għall-Belt: b’tal-linja jew bil-lanċa

Tnediet card ġdida, imsejħa Valletta Card, li biha tista’ tivvjaġġa lejn, jew ‘il barra mill-Belt Valletta b’tal-linja jew bil-lanċa. Din tagħti wkoll aċċess għal diversi attrazjonijiet turistiċi fil-Belt.
 L-attrazzjonijiet jinkludu l-Kmamar Statali tal-Palazz, l-Armerija tal-Palazz, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija kif ukoll Malta 5D.
 Din il-card hija valida għal 24 siegħa mill-ewwel darba li tintuża.
 Il-Valletta Card tiswa €19 u tista’ tinxtara minn kull uffiċju tal-Malta Public Transport.
 Għal iktar informazzjoni, agħfas hawn