Card li tħaffef ir-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-UE

Madwar l-Unjoni Ewropea daħlet fis-seħħ il-European Professional Card u b’hekk se jkun iktar faċli li professjonisti jmorru f’pajjiż ieħor Ewropew u jkomplu jipprattikaw il-professjoni tagħhom.
Bil-card il-kwalifiki ta’ professjonisti se jiġu rikonoxxuti b’mod ferm iżjed effiċjenti u bi proċeduri elettroniċi.
Is-sistema Ewropea tal-card se tkun qed tnaqqas ukoll l-abbuż u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-pazjenti u l-konsumaturi Ewropej.
Il-European Professional Card m’hix card tal-plastik imma forma ta’ ċertifikat elettroniku li jinħareġ bi proċedura mifruxa madwar l-Unjoni Ewropea kollha biex jiġu rikonoxxuti kwalifiki akkademiċi.
Fiż-żmien li ġej l-użu tal-card mistenni li jkun mifrux għal oqsma oħra fid-dinja tax-xogħol.