Car chase l-Ħamrun wara li tifel ta’ 12-il sena saq BMW

Ilbieraħ flgħaxija kien hemm car chase fil-Ħamrun hekk kif tifel ta’ 12-il sena saq karozza BMW b’veloċità għolja.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li għall-ħabta tat-8.00 ta’ flgħaxija ġie rrappurtat li sewwieq kien qed isuq karozza b’veloċità għolja fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun.
Meta l-pulizija waslu fuq il-post, is-sewwieq minflok waqaf, żied fil-veloċità u dan wassal għal car chase wara l-BMW.
Meta l-pulizija rnexxielha twaqqaf il-karozza, skoprew li s-sewwieq hu tifel ta’ 12-il sena.