Ċaqliq ta’ plejers tal-futbol fl-Ewropa

Mané, Pogba, Sancho

• Sadio Mané il-forward ta’ Liverpool lest li jitlaq lit-tim tiegħu u jingħaqad ma’ Real Madrid. Għallinqas hekk qal sieħbu Keita Balde mis-Senegal li jilgħab miegħu. Dan semma’ li Mané, li għandu 28 sena, ma kienx beħsiebu joqgħod f’Anfield għal dejjem. Zinedin Zidane tar-Real Madrid lest li jħallas £140 miljun għalih.

• Il-midfielder ta’ Franza Paul Pogba, ta’ 27 sena, hu mistenni li jiffirma kuntratt ġdid mal-Manchester United. Il-plejer hu meqjus bħala li jista’ jkun il-captain tat-tim fil-futur.

• Meta Manchester United resqu lejn Borussia Dortmund biex jiffirmaw li Jadon Sancho, il-winger tat-tim Ingliż, dawn talbuhom li riedu jieħdu lil Mason Greenwood, ta’ 18-il sena, li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena flimkien ma’ £120 miljun.

• Lucas Moura, il-forward Brażiljan li jilgħab fit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu u mat-Tottenham Hotspurs, qal li l-iSpurs jieħdu daqqa ta’ ħarta kbira jekk ifettillu jitlaqhom Harry Kane, il-captain tat-tim Ingliż.

• Il-plejers ta’ Chelsea qablu li waqt il-kriżi tal-koronavirus jippreferu li l-pagi tagħhom jitnaqqsu b’10% milli bi 30% kif ipproponew tal-Premier League.

• West Ham qed jaħsbuha jbigħux tliet plejers fost l-aħjar li għandhom biex ma jfallux waqt il-kriżi tal-koronavirus.

• Barcelona se jagħmlu tentattiv biex jerġgħu jiffirmaw magħhom lill-plejer internazzjonali Brażiljan Neymar li bħalissa qiegħed fuq il-kotba ta’ Paris St-Germain. Il-ġganti tal-futbol fi Spanja jridu li waqt dan id-deal jinkuldu wkoll lit-trio ta’ plejers Franċiżi Samuel Umtiti, Ousmane Dembele u Jean-Clair Todibo għax il-fondi finanzjarji tagħhom ntlaqtu ħażin sew mill-pandemija tal-coronavirus.