Ċans uniku biex tara l-Palazz tal-President bħal qatt qabel

Ftit tal-ġimgħat oħra l-Palazz ta’ Sant Anton se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku.
Nhar is-27 ta’ Mejju fl-10am għall-ewwel darba l-pubbliku se jkollu l-opportunita  li jara il-kmamar statali li ġew inawgurati aktar kmieni dan ix-xahar. 
.Matul dawn l-aħħar erba’ snin il-Palazz ta’ Sant’ Anton għadda minn proċess ta’ restawr estensiv.
Wara riċerka intensiva, numru ta’ kmamar li kienu jintużaw bħala uffiċini ġew restawrati għal kif inhu maħsub li kienu jintużaw fi żminijiet preċedenti. 
Apparti l-Kmamar Statali, waqt din l-attivita’ se tinfetaħ ukoll is-suite tal-Mistednin Statali Mikiel Anton Vassalli.  F’din is-suite, ġew ospitati nies bħar-Reġina Eliżabetta II u bosta Presidenti barranin, l-aħħar wieħed ikun il-President tal-Albanija. 
Il-Ġnien Privat tal-Palazz se jkun miftuħ ukoll sabiex jitgawda minn min se jkun qed jattendi.
Il-kmamar kollha tal-Palazz, inklużi dawk ġodda, se jkunu animati minn nies professjonali li se jkunu libsin lbies ta’ l-epoka.
Fil-bitħa tal-Palazz, dawk li se jattendu jistgħu jgawdu minn ikel varjat ippreparat mill-kċina tal-Palazz stess.
Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta see tieħu ħsieb tallegra n-nies għal kunċert ta’ sagħtejn li jibda fil-11am.  Wieħed se jkun jista’ wkoll igawdi minn bejgħ ta’ prodotti artiġjanali u edukattivi waqt din l-attivita’.
Din l-attivita’ qed tiġi organizzata b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet wieħed jista’ ċempel fuq 21226266, jibgħat imejl fuq mccf@gov.mt jew jaċċessa il-paġna tal-Malta Community Chest Fund Foundation fuq Facebook.