Ċans taqdef b’nofs prezz sal-aħħar t’April

Il-Kumpanija Nextbike ħabbret skont ta’ 50% fuq is-sħubija tagħha sal-aħħar t’April.
Fi stqarrija l-kumpanija tar-roti qalet li apparti minn hekk, kull min japplika jista’ jgawdi minn skont ta’ 20% fuq elmu tar-roti mingħant Magri Cycles tal-Mosta.
Dawk kollha li jirreġistraw ma’ Nextbike se jibbenefikaw ukoll minn skont fuq attivitajiet speċjali, fosthom dawriet edukattivi bir-rota, li għalihom dawn se jkunu mingħajr ħlas.