Ċans tal-ħames mewġa tal-coronavirus fiċ-Ċina

REUTERS

Il-Kap tal-Epidemoloġija fiċ-Ċentru Ċiniż tal-Kontroll u l-Prevenzjoni qal li hemm ċans li ċ-Ċina tinħakem mill-ħames mewġa tal-coronavirus.

Wu Zunyou kien ikkwotat jgħid dan fuq il-ġurnal Ingliż The Guardian.

Jidher li l-epidemologu identifika erba’ mewġiet fiċ-Ċina s’issa: l-ewwel waħda f’Wuhan li ġiet ikkontrollata sal-bidu ta’ Marzu, it-tieni fin-naħa tal-Grigal taċ-Ċina f’April u Mejju meta kien hemm ħafna każijiet impurtati, it-tielet li bdiet minn suq tal-ikel f’Beijing f’Ġunju, u każijiet sporadiċi f’Lulju li ddominaw il-bliet Dalian u Urumqi.

Huwa qal li ħlief għall-ewwel mewġa f’Wuhan, l-oħrajn kienu sporadiċi, u kienu każijiet li donnhom baqgħu kkontrollati fir-reġjuni fejn feġġew.

L-esperimenti għal vaċċin fiċ-Ċina
Iċ-Ċina tlaqqam eluf b’vaċċin esperimentali