Ċans ta’ wieħed f’miljun!

Hi possibilità ta’ wieħed fuq miljun.
Hekk huma l-probabilitajiet li jitwieldu mhux tewmin, imma triplets identiċi.
Dan hu dak li seħħ lill-familja Kinsey fl-Istati Uniti li ftit ġimgħat ilu kellhom tliet subien identiċi.
Dan b’mod naturali mingħajr ebda trattamenti tal-fertilità.
L-aħbar ħarġet fl-aħħar jiem wara li t-tobba segwew l-iżvilupp tat-trabi u tal-omm, li issa ħarġu mill-isptar u lkoll jinsabu qawwijin u sħaħ.
It-tliet subien – Cade, Ian u Milo – twieldu ta’ kilò u 700 gramma l-wieħed.
Il-koppja Kinsey diġà kellhom tifel ta’ sitt snin li issa kuntent għax għandu ħafna iktar ma’ min jilgħab.