Ċans ta’ pressa baxxa ta’ ilma f’xi lokalitajiet fis-sigħat li ġejjin

Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma f’avviż li ħarġet avżat li se jkun qed isir xi xogħol fir-reservoir ta’ Ħal Luqa matul il-lejl.

Ir-residenti tal-madwar m’għandhomx ikunu affettwati minħabba li se jkunu qed jingħataw ilma minn bnadi oħrajn.

Madankollu jistgħu jesperjenzaw pressa baxxa ta’ ilma. Il-lokalitajiet li jistgħu jiġu affettwati huma Ħal Qormi, Ħal Farruġ, il-Marsa, partijiet mill-Ħamrun u l-Belt Valletta.