Ċans ta’ maltempata l-ġimgħa d-dieħla

Bassara indipendenti tat-temp qed jgħidu li l-ġimgħa d-dieħla hemm ċans ta’ maltempata fuq il-gżejjer Maltin.

Il-paġna ta’ Facebook MaltaWeather.com spjegat li għada hemm ċans ta’ ħalbiet iżolati tax-xita li xi drabi jistgħu jkunu bir-ragħad f’Malta u Għawdex.

Il-paġna spjegat li dan minħabba li hemm firxa ta’ pressjoni baxxa iktar ‘il fuq fl-atmosfera li tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Intant qalet li jekk tagħmel ix-xita, din tkun tal-ħamrija.

Are you ready for a STORM? 😱⛈🌦⚡️☔️😢 Isolated mid-level RAIN showers that may be THUNDERY at times are possible across…

Posted by Malta Weather on Sunday, July 14, 2019