Ċans ta’ ħajja fuq qamar ta’ Saturn

Osservazzjonijiet ġodda li għamlu xjentisti tal-ispazju juri li hemm ċans ta’ ħajja fuq qamar tal-pjaneta Saturn.
Dan kif l-istudju wera li l-kundizzjonijiet fuq il-qamar ta’ din il-pjaneta kapaċi jżommu persuna ħaj.
Il-vettura spazzjali Cassini, li għamlet dawn l-osservazzjonijiet, marret fuq l-ilmijiet ta’ oċean li qed jiġi ffurmat taħt il-wiċċ tal-pjaneta.
L-analiżi kimika ta’ Cassini turi li probabilment, il-qamar, Enceladus, għandu ventijiet ta’ fluwidu sħun, li huma wkoll preżenti fid-dinja, fejn hemm ħajja.
Il-qamar Enceladus hu ffurmat minn silġ imfarrak, għalhekk jista’ jkun l-aħjar post fejn jistgħu jmorru l-bnedmin, wara d-Dinja.