Ċans ta’ ġimgħa għall-immigranti li ngħaqdu ma’ wliedhom

Il-Gvern Amerikan ġie imwaqqaf temporanjament mill-qorti milli jiddeporta b’mod immedjat l-immigranti adulti li ngħaqdu mill-ġdid mat-tfal tagħhom f’dawn il-jiem.

Bħalissa, il-Gvern Amerikan qed jaħdem biex ilaqqa’ mill-ġdid madwar 2,500 tifel u tifla immigranti li ġew mifruda mill-ġenituri tagħhom mill-uffiċjali Amerikani fil-fruntiera bejn l-Amerka u l-Messiku.

Il-grupp Amerikan; Civil Liberties Union, l-istess grupp li ressaq quddiem il-qorti l-każ li ġiegħel li toħroġ l-ordni biex il-familji jingħaqdu mill-ġdid, qalu li l-ġenituri immigranti għandhom jingħataw ċans ta’ ġimgħa biex jiddeċiedu għandhomx ikunu deportati waħedhom jew mat-tfal tagħom. Dan għaliex it-tfal għandhom id-dritt għall-ażil.