Ċans li tirbaħ il-flus f’Għawdex dan il-weekend

Arrestati 2 persuni jisirqu ATM

Il-Bank of Valletta ħabbret li 10 detenturi tal-kards li jużaw il-kards tal-BOV tagħhom fil-Point of Service (POSs) tal-BOV f’Għawdex se jirbħu €250 kull wieħed.
Fi stqarrija l-BOV qal li l-promozzjoni qed issir bl-għan li aktar detenturi tal-kards jiġu inkuraġġiti jużaw il-kards tal-BOV tagħhom.
Wieħed awtomatikament ikun eliġibbli biex jipparteċipa fil-lotterija billi jagħmel tranżazzjoni minn ħwienet b'mhux inqas minn €100.
In-numri tal-kards rebbieħa se jitilgħu bil-polza fit-12 ta’ Mejju.
10 detenturi se jirbħu l-premju fi flus wara li jwieġbu tajjeb għal mistoqsija bbażata fuq il-ħila.
Il-kampanja li se tkun miftuħa minn għada sat-2 ta’ Mejju.