Ċans li tiltaqa’ ma’ Michela nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju

Ritratt: Albert Camilleri

Tammira lil Michela u tixtieq tiltaqa’ magħha u forsi anki tieħu xi ritratt magħha?

Għandek iċ-ċans li tagħmel dan nhar is-Sibt li ġej fl-1 ta’ Ġunju bejn il-5pm u 6.30pm f’Tas-Sliema hekk kif ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni X Factor Malta li rrappreżentat lil pajjiżna fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest se tkun qiegħda fl-istabbiliment ta’ McDonalds biex tiltaqa’ mal-ammiraturi tagħha.

Din se tkun opportunita’ sabiħa għal dawk kollha li jixtiequ l-awtografu tagħha u jieħdu ritratt ma’ din l-artista li kisbet l-14-il post fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.
Imbagħad fis-6 ta’ Ġunju se tkunu tistgħu taraw lil Michela f’kunċert li se jinkludi s-sehem tal-finalisti ta’ X Factor Malta għall-kunċert b’xejn fi Pjazza Tritoni.