Ċans li Spotify tibda tħallik taqbeż ir-reklami

Il-kumpanija Spotify qed tistħarreġ dwar feature ġdid fl-Awstralja li jippermetti lil dawk li jużaw is-servizz b’xejn biex ma jisimgħux reklami.

Spotify huwa servizz li joffri music streaming li jista’ jintuża’ wkoll f’Malta. Spotify qalet lil AdAge li temmen li l-users tagħha se jaqbżu biss dawk ir-reklami li ma jkunux interessati fihom. B’dan il-mod, ikunu qed juru lill-kumpanija kif l-aħjar li jintlaħqu mir-reklami. Għalkemm bħalissa qed isir stħarriġ fl-Awstralja, il-ħsieb huwa li dan il-feature jibda japplika madwar id-dinja.

Kittieb għas-sit The Verge qal li n-nies huma għażżenin u mhux se joqogħdu jidħlu fl-app biex jaqbżu reklam. Madanakollu, qal li jista’ jkun li din l-għażla tkun tagħmel sens għal min irid jiffranka l-flus.