Ċans li l-villaġġ tal-Milied isir ta’ kull sena – Il-Ministru

Konrad Mizzi / Facebook

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li hemm interess qawwi sabiex il-villaġġ tal-Milied li ntrama fil-Belt Valletta f’Diċembru li għadda jibda jsir ta’ kull sena.

Dan qalitu fil-Parlament, hi u twieġeb il-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Arrigo. Huwa staqsieha kemm swiet l-ice rink li kien hemm fid-daħla tal-Belt Valletta, u jekk dan sarx b’xi tender.

Farrugia Portelli wieġbet illi l-villaġġ tal-Milied ġie armat permezz ta’ kuntratt ma’ kumpanija barranija magħrufa għal dawn it-tip ta’ attrazzjonijiet. L-attrazzjonijiet kollha kienu f’pakkett wieħed.

Żiedet tgħid li nbiegħu ftit inqas minn 160,000 biljett għal Fairyland 2019/20, iżda l-Ministru ma speċifikatx kemm sewa dan kollu.