Ċans li l-UE tipposponi id-diskussjonijiet mar-Renju Unit – von der Leyen

FILE PHOTO: European Commission President Ursula von der Leyen delivers a speech during a debate at the European Parliament in Strasbourg, France, December 18, 2019. REUTERS/Vincent Kessler

Read in English.

L-Unjoni Ewropea hemm ċans li tipposponi d-data tal-iskadenza sabiex isiru t-taħdidiet dwar ir-relazzjoni ta’ negozjar mal-Ingilterra. Dan qalitu l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waqt intervista mal-ġurnal Franċiż Les Echos.

Von der Leyen qalet li ż-żewġ naħat għadhom bżonn jaħsbu serjament dwar jekk hemmx biżżejjed żmien sabiex jiġi diskuss ftehim ġdid dwar in-negozjati u jintlaħaq ftehim ukoll dwar numru ta’ spunti oħrajn li huma importanti.

“Tkun xi ħaġa raġjonevoli jekk nevalwawa is-sitwazzjoni lejn nofs is-sena, imbagħad, jekk ikun hemm bżonn, jintlaħaq ftehim għal aktar żmien ta’ tranżizzjoni,” qalet von der Leyen.

L-Ingilterra ddeċidiet li sa Diċembru tal-2020 trid tkun waslet għall-ftehim ġdid dwar in-negozjar mal-UE.

F’kummenti separat li tat lir-rivista Ġermaniża Der Spiegel, von der Leyen qalet li tinsab inkwetata bid-data li tat lilha nnifisha l-Ingilterra biex teżegwixxi Brexit. Din hija l-31 ta’ Diċembru tal-2020. Von der Leyen qalet li dan huwa perjodu wisq qasir sabiex jiġu diskussi l-problemi kollha eżistenti.

Aktar kmieni dan ix-xahar hi semmiet li minbarra d-diskussjoni dwar in-negozjati, hemm bżonn diskussjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-trasport u s-sajd, fost affarijiet oħrajn.