Ċans li l-ekonomija Maltija tbati bi Brexit – JP Fabri

L-ekonomista JP Fabri qal li hemm ċans li Malta tbati minħabba Brexit, peress li r-Renju Unit huwa fost l-aktar pajjiżi li Malta tagħmel kummerċ miegħu. Minkejja li kien ingħad li wara Brexit, ħafna kumpaniji Ingliżi jaf jiġu Malta, issa jidher li aktar se jibdew mexjin lejn Frankfurt u Munich.

Dan qalu f’kumment lil Newsbook.com.mtli staqsieh dwar il-possibbiltà ta’ kriżi finanzjarja globali, li ta ħjiel għaliha l-Ministru għall-Ekonomija Edward Scicluna f’artiklu li kiteb f’L-Orizzont nhar il-Ġimgħa li għadda. Dwar dan, huwa qal jekk ikun hemm xi bidla fis-suq Ewropew, din awtomatikament se taffettwa lis-suq Malti.

Fabri spjega li dak li semma Scicluna kien ibbażat fuq kwistjonijiet finanzjarji li qed jinnotaw numru ta’ ekonomisti madwar id-dinja, li jaf jibidlu fi kriżi finanzjarja. Huwa semma bħala eżempji l-ġlieda tal-kummerċ bejn potenzi dinjija bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina, iż-żieda fid-dejn tal-Gvern, u qal ukoll li l-Brexit ma jgħinx lis-sitwazzjoni.

Aqra iżjed hawn.