Ċans li l-Coca-Cola tipproduċi xorb bil-kannabis?

Il-kumpanija Coca-Cola qalet li qed issegwi l-proċess li s-CBD, li huwa komponent mhux-psikoattiv li jinsab fil-kannabis, jiġi inkluż f’ċertu xarbiet li ssejħilhom “tajbin għas-saħħa”.

Skont CNN, il-kumpanija rrimarkat li qed isiru avvanzi kbar f’dan il-qasam, imma għadha ma tteħditx deċiżjoni konkreta dwar jekk jużawx dan l-ingredjent għalissa.

CBD, li mhux komponent li taffettwa l-bniedem b’ħad-droga, ilu għal snin twal jintuża għal raġunijiet mediċi, inkluż sabiex titnaqqas l-infjammazzjoni, l-uġigħ u d-dardir.

L-interess tal-Coca-Cola fis-CBD kien ġie rrappurtat inizjalment minn Bloomberg, li kienet qalet li l-kumpanija kient qed titkellem ma’ kumpanija Kanadiża tal-kannabis, Aurora Cannabis. Aurora Cannabis kien ilha tesprimi l-interess f’xarbiet tal-kannabis. Madanakollu l-ebda kumpanija ma riedet tikkummenta jekk sarx xi tip ta’ ftehim.