Ċans li kawża elettrika qerdet il-Katidral ta’ Notre Dame – rapporti

Christophe Petit Tesson/Pool via REUTERS

Bosta rapporti internazzjonali qed jgħidu li hemm ċans li short circuit fl-elettriku setgħet kienet il-kawża li bih inqered il-katidral magħruf madwar id-dinja kollha, il-katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi.

Skont rapporti, dan qalu uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja li kien qed jikkwota investigatur. L-Erbgħa sar assessjar preliminari madanakollu perikli għas-saħħa tal-investigaturi waqqfu milli x-xogħol ikompli għaddej. L-investigaturi s’issa qed jgħidu li n-nirien seħħew b’mod aċċidentali filwaqt li qed jinterrogaw għadd ta’ impjegati tal-katidral, kif ukoll dawk li kienu qed jagħmlu x-xogħol ta’ renovar. Sal-Ħamis, total ta’ 40 persuna ġew interrogati mill-Uffiċċju tal-proskeuzzjoni f’Pariġi.

Skont The Guardian, l-uffiċjal tal-Pulizija ma riedx jikkonferma jekk ir-rapporti tal-gazzetta Le Perisien jekk in-nirien bdewx minn glitch tal-kompjuter jew mil-lift temporanju li kien qed jintuża waqt ix-xogħol ta’ renovar kienux veri. Qal li l-uffiċċju tal-prosekuturi qed jinvestiga l-aspetti kollha li jista’ jidħol xi suspett fihom.