Ċans li jkollok pressa baxxa jekk minn Ħaż-Żebbuġ

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma infurmat lill-konsumaturi li llum ir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ u Ta’ Qali se jsofru minn pressa baxxa tal-ilma.

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni qalet li residenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Ħaż-Żebbuġ u ta’ Ta’ Qali se jkollhom pressa baxxa, imma din mistennija tiġi lura għan-normal filgħaxija.