Ċans li Għawdex jibqa’ bla ‘patrol boat’ qabel bdil ta’ karigi fl-AFM

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li qabel ma jsiru t-tibdiliet imsemmija f'karigi għolja tal-Forzi Armati ta' Malta, mhux se tittieħed deċiżjoni dwar l-istazzjonar ta' patrol boat oħra f'Għawdex. 

Persuni li tkellmu ma' dan is-sit qalu li dan huwa fatt inkwetanti u li jista' jwassal biex operazzjonijiet ta' salvataġġ ifallu,minħabba d-dewmien.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-patrol boat P-32 tal-AFM mhix topera għax m'għadhiex tajba għall-baħar.

Newsbook.com.mt huwa nfurmat ukoll li kemm l-uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali huma infurmati b'dan il-fatt.

Il-patrol boat  kienet ilha stazzjonata fl-Imġarr minn Ġunju 2011 biex tkun tista' tagħti għajnuna aktar immedjata f'Għawdex u fin-naħa ta' fuq ta' Malta.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn. 

Ritratt: AFM