Ċans li għada filgħodu tkun bla ilma jekk minn San Ġwann

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li għada, xi partijiet minn San Ġwann se tinqatgħalhom il-provvista tal-ilma.

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni qalet li l-ilma mistenni jinqata’ filgħodu, u jiġi lura għan-normal waranofsinhar. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma skużat ruħha għal dan l-inkonvenjent.