Bugħaddas jitlef ħajtu fix-Xatt l-Aħmar

Aġġornat 01:17 PM

Bugħaddas tilef ħajtu hu u jogħdos fix-Xatt l-Aħmar.

Kien għall-ħabta tal-11am li l-pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħhom fix-Xatt l-Aħmar peress li persuna kienet f’diffikultà fil-baħar.

Fuq il-post marru l-pulizija, il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hemmhekk sabu lill-bugħaddas mal-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu. Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika, iżda tilef ħajtu ftit wara.

Huwa kien Awstrijak ta’ 53 sena.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li ħatret diversi esperti
sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.