Ċans għal tliet studenti biex jistudjaw f’Ruma

Il-Fondazzjoni tal-President flimkien mal-Università LUISS f’Ruma u l-Fondazzjoni Terzo Pilastro, ħabbret borża ta’ studju għal tliet studenti.
L-istudenti magħżula se jkollhom l-opportunità jistudjaw fil-livell ta’ Baċellerat bl-akkomodazzjoni, stipendju, titjiriet u spejjeż tal-Università mħallsa.
L-Uffiċċju tal-President qal li din hija opportunità tajba għal studenti promettenti li għandhom xi żvantaġġi soċjoekonomiċi.
L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħin sal-Ġimgħa 18 t’Awwissu 2017.
Aktar dettalji hawn.
Ritratt: Arkivji