Ċans għal aktar produzzjonijiet lokali fiċ-ċinema f’Malta

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura Jose Herrera qal li l-Gvern qed jipprova jinnegozja mad-distributuri tal-films u mal-istabbilimenti taċ-ċinema f’Malta biex jallokaw aktar spazju għall-produzzjonijiet lokali.

Waqt li kien qed jindirizza lill-parteċipanti li bħalissa qed jattendu l-workshop Story Works, is-Segretarju Parlamentari sostna li l-Gvern qed jippromwovi  l-industrija kreattiva fl-industrija tal-films.

Huwa qal li dan il-programm għandu l-għan li l-artisti Maltin jilħqu livell ta’ eċċellenza biex jidħlu fl-industrija tal-kreattività.

Irrefera għall-għeluq tas-swali taċ-ċinema f’Għawdex ftit tax-xhur ilu, minħabba l-investiment sostanzjali li ried isir biex jaqilbu għas-sistema diġitali.

Il-programm Story Works – the craft of weaving great stories jinkludu sessjonijiet dwar scriptwriting li huwa ffinanzjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

Is-sessjonijiet qed jiġu indirizzati minn tliet lecturers mill-Università ta’ Southern California, fejn kienu jattendu George Lucas u Neil Armstrong.

 

Ritratti: DOI – Clifton Fenech