€1 miljun għall-Kunsilli Lokali

Miljun ewro ġew allokkati lill-Kunsilli Lokali biex jaħsbu fi proġetti li jibdlu l-isfida tat-teknoloġija f’opportunità.
Dan ġie mħabbar waqt it-tnedija tal-inizjattiva edukativa EM Citizen.
Din l-inizjattiva se toffri kors għal adulti u anzjani biex jitgħallmu jużaw it-teknoloġija.
Waqt it-tnedija s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħeġġeġ ll aktar minn 130 parteċipant li applikaw għall-kors biex jużaw it-teknoloġija ħalli jiffrankaw l-iskariġġ u jikkomunikaw aħjar.
Spjega li dan il-kors huwa organizzat mir-Reġjun tan-Nofsinhar b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali tal-istess reġjun.
Temm jgħid li dawn il-korsijiet li se jibdew f’Diċembru huma sussidjati mill-Gvern Lokali.