Ċans biex il-ġimgħa d-dieħla toħloq tbissima

Bejn nofsinhar tal-14 ta’ Lulju u nofsillejl tas-16 ta’ Lulju 2017 se jkollok ċans toħloq tbissima waqt maratona li matulha jinġabru fondi għall-ħidma missjunarja tas- Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Din se tkun il-15-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima.
Is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl twettaq ħidma mhux biss f’Malta imma hi mifruxa wkoll fil-Peru, fil-Pakistan u anke l-Filippini.
Lokalment, l-MSSP jmexxu d-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, li tilqa’ fiha subien li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jgħixu fil-familja naturali tagħhom.   
L-MSSP tixtieq li tbiddel il-kmamar biex jinbidlu f’appartament żgħir sabiex il-ġuvintur li jkollhom 16-il sena jkunu jistgħu jgħixu aktar indipendenti.
Barra minn Malta, diversi saċerdoti tal-MSSP jwettqu l-ħidma missjunarja tagħhom fil-Peru fejn jieħdu ħsieb  dar residenzjali li tilqa’ fiha numru ta’ tfal, jżuru l-anzjani u l-morda, joffru edukazzjoni lit-tfal, jieħdu ħsieb kċejjen pubbliċi u anke joffru servizzi mediċi f’ċentri tas-saħħa.
Dan apparti x-xogħol pastorali u spiritwali li huma kontiwament joffru.   
Fil-Filippini huma joffru programmi ta’ edukazzjoni lit-tfal u ż-żgħażagħ u jmexxu anke feeding programme fejn jitqassam ikel sustanzjuż f’diversi żoni.  Permezz tal-orkestra li ħoloq Fr. Joe Cremona mssp, tfal u żgħażagħ jinġabru flimkien jitgħallmu l-mużika minflok jispiċċa jiġġerrew mat-toroq. 
Fil-Pakistan, il-ħidma missjunarja hija l-aktar fil-qasam tal-edukazzjoni, fejn qed jistinkaw biex jippromwovu  u jagħtu edukazzjoni tajba lin-nisa. Fr. Bernard Mangion mssp, flimkien ma’ Fr. Gerald mssp jieħdu ħsieb skola kbira fejn l-Insara u l-Musulmani jitgħallmu flimkien. 
Oħloq Tbissima ser tittella’ mill-bitħa ta’ Dar San Ġużepp f’Santa Venera, minn fejn bħal fi snin li għaddew se  jixxandar programm varjat, b’mumenti ta’ talb, quddies, features, diskussjonijiet u spettaklu mill-aqwa bil-partiċipazzjoni tal-aqwa talent lokali.
Il-linji tat-telefon huma diġa miftuħa.  Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:

  • €10    51602004
  • €15    51702007
  • €25    51802009
  • SMS €4.66 50618099