Ċanġa bil-faqqiegħ

Ingredjenti

225g faqqiegħ, imqatta’

1basla żgħira, isslajsjata rqiqa

500g sirloin steak, imqatta’ kubi

bżar u melħ

2 kuċċarini żejt taż-żebbuġa

nofs tazza nbid aħmar

2 tazzi stock taċ-ċanga tad-dadi

1 kuċċarina Worcestershire sauce

2 mgħaref cornflour

kwart ta’ tazza ilma

Metodu

Roxx il-bżar u l-melħ fuq il-laħam.

Saħħan iż-żejt f’taġen u fuq nar moderat aqli l-laħam ftit ftit sakemm jibdel il-kulur u jsir kannella. Jekk ikun hemm bżonn żid aktar żejt.

Neħħi l-laħam u fl-istess taġen sajjar għal ftit minuti l-faqqiegħ u l-basla.

Poġġi l-laħam f’borma u żid miegħu l-faqqiegħ u l-basla. Żid l-inbid, il-Worcestershire sauce u l-istock taċ-ċanga. Sajjar fuq nar bati sakemm tara li l-laħam ikun sar.

F’bieqja żgħira ħallat il-cornflour mal-ilma sakemm ikollok taħlita lixxa. Żidha bil-mod il-mod mal-laħam u ħawwad tajjeb sakemm il-gravy mal-laħam jagħqad

Servi bil-patata maxx.