Ċanga bil-faqqiegħ u l-jogurt

canga

Ingredjenti

600g rump steak

bżar u melħ

mgħarfa butir

mgħarfa żejt taż-żebbuġa

basla u tewma mqattgħa rqaq

nofs kikkra dqiq

kuċċarina mustarda

200g faqqiegħ

nofs kikkra nbid abjad

nofs kikka jogurt

ftit tursin frisk

kikkra ross abjad

Metodu

Għalli r-ross imma ħallih ftit wieqaf.

Qatta’ l-steaks taċ-ċanga fi strixxi rqaq.

Dewweb il-butir fi ftit żejt u aqli ħafif il-basla u t-tewma.

Żid il-laħam u sajjar għal madwar 10 minuti.

Żid il-mustarda, id-dqiq, il-bżar u melħ u l-inbid.

Tektek fuq nar għal 10 minuti oħra.

Qatta’ l-faqqiegħ f’biċċiet u żid fit-taġen.

Fl-aħħar minuti, żid il-jogurt.

Ir-ross u żejjen bit-tursin.