Ċanga bil-brokkoli stil Ċiniż

Ingredjenti

3 mgħaref cornflour

nofs kilo ċanga mqattgħa f’biċċiet ta’ 2ċm

230ml soy sauce

3 mgħaref zokkor ismar

kuċċarina tewm mgħaffeġ

2 mgħaref żejt

il-fjuri ta’ brokkola kbira

64g basal slajsis

Metodu

Fi skutella kbira poġġi nofs il-cornflour u ħalltu sew ma’ tliet mgħaref ilma. Żid il-laħam u ħallat tajjeb biex jinkesa kollu bit-taħlita.

Fi skutella iżgħar ħallat flimkien in-nofs l-ieħor tal-cornflour mas-soy sauce, iz-zokkor ismar u t-tewm. Ħalli f’ġenb.

Saħħan taġen fuq nar bati biż-żejt. Meta jisħon żid il-brokkoli u l-basal u sajjar waqt li tħawwad il-ħin kollu sakemm il-ħaxix jirtab, madwar 4 minuti.

Żid iċ-ċanga ma’ din it-taħlita flimkien ma’ dik tas-soy sauce. Għalli u sajjar sakemm il-laħam isir u ż-żalza tagħqad xi ftit.

Servi ma’ ross jew noodles.