Cancelo jingħaqad ma’ Juventus għall-ħames snin li ġejjin

Ir-rebbieħa tas-Serie A Juventus ħabbru l-akkwist ta’ Joao Cancelo mingħand Valencia. Id-difensur laterali b’tendenza li jattakka, qatta’ l-istaġun l-għadda b’self ma’ Inter Milan u issa se jingħaqad mal-bianconeri għas-somma ta’ £36 miljun filwaqt li ffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Cancelo, li ma rnexxilux jikseb post fl-iskwadra finali tal-Portugal li tinsab ir-Russja, lagħab 28 darba għal Inter Milan u huwa l-ħames akkwist permanenti ta’ Juventus wara li laħqu ftehim ma’ Mattia Perin, Andrea Favilli, Emre Can u Douglas Costa.

Il-plejer ta’ 24 sena ssieħeb ma’ Valencia fl-2015 u lagħab 91 darba għal-klabb Spanjol qabel mar fis-Serie A ma’ Inter Milan.

Miġjub lilek minn Hublot