Canale 5 bi spettaklu kbir għas-sena l-ġdida

Ritratt: Mediaset/ Andrea Ciccalè

Spettaklu ma jaqta’ xejn illejla fuq l-istazzjon tal-Mediaset Canale 5, li eżatt wara l-messaġġ tal-President tar-Repubblika Sergio Mattarelli, minn San Silvestro se jitwassal spettaklu kbir li ajgħlaq is-sena 2019 u jidħol fil-bidu tas-sena 2020.

L-ispettaklu se jkollu preżentazzjoni ta’ Federica Panicucci u apparti x-xandira diretta fuq Canale 5 mid-9pm ‘il quddiem, se jkun qed jixxandar ukoll għal nofs siegħa bejn 11.45pm u 00.15 fuq l-Italia Uno.

Se jkunu qed jieħdu sehem l-istudenti ta’ Amici kif ukoll Giordana Angi, Annalisa, Fred De Palma, Didi, Elodie, J-Ax, Marianne Mirage, Mondomarcio, Fabrizio Moro, Nek, Raf e Tozzi, Francesco Renga, Riki, Fabio Rovazzi, Shade, u Anna Tatangelo.

Għal min se jkun qed jibda s-sena l-ġdida minn daru, żgur li għandu għażla ta’ varjetà x’jara.

Is-sena t-tajba lil kulħadd!