Can Yaman għall-Italja?

Ritratt: Facebook/CanYaman

Skont informazzjoni li nħarġet fl-aħħat sigħat, l-attur Can Yaman, protagonist tas-serje Bitter Sweet li xxandret matul is-sajf fuq Canale 5, jinsab f’negozjati biex fi ftit ġimgħat oħra jparti mir-reality show L’Isola dei Famosi, li mistenni jixxandar meta jintemm ir-reality show Grande Fratello VIP.

S’issa xejn ma hemm finalizzat iżda jidher li l-produtturi tar-reality show jinsabu ħerqana li jilħqu ftehim mal-attur Tork li kien jinterpreta lil Ferit Aslan f’Bitter Sweet, biex ikun parti mill-15-il edizzjoni tar-reality show li jitwassal mill-Honduras.

Iżda taħsbux li lil Can Yaman iriduh beix jipparteċipa. Lanqas xejn. Dan għaliex l-idea tal-produtturi hija li Yaman jieħu post Alvin bħala l-mibgħut speċjali tal-produzzjoni.

Din l-idea x’aktarx li nibtet wara li s-Sibt li għadda, Canale 5 gawdaw minn success kbir fl-udjenzi waqt il-programm C’è Posta per Te ta’ Maria De Filippi li kellu bħala mistieden lill-istess Yaman.

Waqt dan il-programm tas-Sibt li għadda, Yaman kompla żied fis-simpatija mit-telespettaturi wara li, bħala sorpriża, ppreżenta somma ġmielha ta’ flus  lil waħda omm u bintha, li kienu għaddejjin minn problem ekonomiċi kbar.