Can Yaman f’serje ġdida mil-lum

Ritratt: Uffiċju stampa: Mediaset

Canale 5 se jkompli bit-tradizzjoni tas-sajf li jxandar soap opera Torka kuljum wara nofsinhar u proprju mil-lum fit-2.45pm se jkun qed jibda jxandar DayDreamer. Fil-parti ewlenija l-attur Can Yaman li s-sena l-oħra kiseb success fuq l-istess stazzjon bis-sensiela Bitter Sweet.

Is-sensiela hija waħda ta’ 52 puntata ta’ sagħtejn il-waħda. Fuq Canale 5, però, se jkunu qed jixxandru f’puntati iqsar ta’ madwar 45 minuta u għaldaqstant se tkun mifruxa f’ħafna aktar puntati.

DayDreamer għandha l-isem oriġinali ta’ Erkenci Kus u li tlaqqagħna ma’ Sanem, tfajla li għandha ħolma li ssir kittieba. Biex tilħaq l-għan tagħha tmur taħdem fl-istess aġenzija fejn hemm oħtha u hemmhekk tiltaqa’ ma’ fotografu, Emre, li jkolluu karattru ribelluż, iżda li wkoll ikollu viżjoni u ambizzjoni għall-karriera tagħha.

Minn hawn tibda l-istorja romantika tagħhom li madwarhom iddur l-istorja ta’ din is-sensiela li se tkun qed tixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq Canale 5.