Can Yaman f’serje ġdida fuq it-TV Taljan

Can Yaman

Nhar is-Sibt li għadda s-sensiela Torka DayDreamer kisbet udjenza rekord fuq l-istazzjon Taljan Canale 5 tal-Mediaset u issa jidher li dan l-istazzjon qed jippunta li jirkeb fuq is-suċċess li qed iġġib din is-sensiela bl-akkwist ta’ serje oħra li għandha lil Can Yaman bħala protagonist.

Bay Yanlis bdiet tixxandar fit-Turkija f’Ġunju li għadda u fi ftit xhur oħra mistennija li tixxandar fuq Canale 5. Ma’ Can Yaman bħala protagonista Ozge Gurel, protagonista ta’ żewg sensiliet Torok oħra ta’ suċċess fuq Canale 5, Bitter Sweet u Cherry Season.

Signor Sbagliato se jkun l-isem bit-Taljan ta’ Bay Yanlis u s’issa m’hemm l-ebda data fissa meta Canale 5 se jibda jxandarha iżda jingħad li wisq probabbli li din is-sensiela se tkun qed tieħu post is-sensiela Il Segreto malli tintemm għal kollox fi ftit tax-xhur oħra.