​Can kważi ftiehem ma’ Juventus

Skont il-gazzetta sportiva Taljana Tuttosport, il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Liverpool Emre Can kważi ftiehem maċ-Champions Taljani Juventus sabiex jiffirma kuntratt inizjali magħhom f’Jannar.
L-internazzjonali Ġermaniż kien se jkun bla kuntratt fl-aħħar tal-istaġun hekk kif għażel illi fil-futur qarib ibiddel it-tim.
Can ilu għal ħafna żmien jissemma mal-Bianconeri sa mis-sajf illi għadda u b’hekk dawn tal-aħħar jinsabu viċin illi jakkwistaw midfielder ta’ kwalità. 
Huwa għad għandu biss 23 sena u ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2014 fejn skorja seba’ gowls f’99 partita li lagħab mar-Reds.