Can jista’ jirriskja jitlef it-Tazza tad-Dinja

Filwaqt illi l-futur tiegħu huwa suġġett jaħraq ħafna bħalissa, hemm xi ħaġa oħra illi qed tinkwieta lil Emre Can ta’ Liverpool.
Dan minħabba l-fatt illi l-injury li sofra ftit tal-ġranet ilu f’dahru tista’ tkun ħaġa gravi aktar milli suppost.
Fil-fatt it-tobba tar-Reds kienu qed jassumu illi l-plejer Ġermaniż kien ser jgħaddilu fi ftit jiem iżda skont il-gazzetta The Mirror, jista’ jkun li sakemm jirkupra għal kollox jaf jibqa’ barra mill-grawnd għal aktar minn xahar u possibbilment barra li jitlef il-kumplament tal-istaġun qed jirriskja wkoll illi jħalli barra t-Tazza tad-Dinja li ser issir f’Ġunju fir-Russja.
Fil-fatt il-kowċ Ġermaniż Joachim Low qal illi qed jevalwa s-sitwazzjoni tal-plejer u jrid aktar informazzjoni mill-istaff mediku ta’ Liverpool sabiex ikun jaf x’ser jagħmel meta jiġi biex jagħżel l-iskwadra finali.