Ċampjin ma tipparteċipax f’kampjonat għax “kreatura sekondarja”

Anna Muzychuk, rebbieħa darbtejn tal-Kampjonat Dinji taċ-Ċess, qalet li se titlef il-kampjonat taċ-ċess li qed isir dis-sena fl-Arabja Sawdija minħabba l-mod kif il-pajjiż jittratta lin-nisa.
Muzychuk qalet li n-nisa hawnhekk qishom ‘kreaturi sekondarji’.
F’post fuq Facebook hi qalet li se titlef it-titli wieħed wieħed, għax iddeċidiet li ma tattendix.
Sostniet li ma tridx tilgħab bir-regoli ta’ ħaddieħor, li tilbes l-abaya u li tkun akkumpanjata meta toħroġ barra. Saħqet li qed tagħmel dan biex ma tħosshiex ‘kreatura sekondarja’.
Sena ilu l-atleta rebħet kemm fil-Women’s World Rapid Chess Championship kif ukoll fil-Women’s World Blitz Chess Championship. Hi saħqet li kienet l-iktar persuna ferħana fid-dinja taċ-ċess imma sostniet li se taqbeż dan il-kampjonat minħabba l-prinċipji tagħha.
Oħtha Mariya, ukoll mhux se tkun qed tieħu sehem.
It-turnew qed jiġi organizzat mill-Prinċep Mohammed bin Salman f’tenattiv li l-Arabja Sawdija tidher iktar ospitabbli u moderata. Il-premju huwa ta €1.7 miljun.
Mandankollu l-kampjonat diġa xekkel plejers Iżraeljani meta ma tahomx il-viżi kif ukoll hemm dubji jekk l-Iranjani u l-Qatarin humiex eliġibbli.
Il-Federazzjoni Dinija taċ-Ċess kien irnexxielha tikseb kodiċi tal-ilbes ‘storiku’ għall-plejers meta minflok l-abaya tħallew jilbsu blawż b’għonq għoli.
Il-kampjonat beda t-Tnejn li għadda, l-għada li l-Federazzjon taċ-Ċess Iżraelita qalet li se titlob rikumpens mingħand il-Federazzjoni Dinija wara li l-atleti tagħha dawn ma tħallewx jidħlu fil-pajjiż.