Campari bi vjaġġ dejjiemi fil-Kalendarju 2015

L-immaġni ta’ din is-sena toħroġ l-annedoti, l-istejjer u l-kurżitajiet sbieħ u ftit li xejn magħrufa li hemm wara kull riċetta ikonika. Mill-cocktail klassiku ‘Negroni’, ivvintat mill-Konti Camillo Negroni nnifsu fl-1919, għax-xarba moderna ‘Campari Orange Passion’, varjazzjoni kontemporanja tax-xarba klassika ‘Campari Orange’, il-Kalendarju jesplora u jiċċelebra r-riċetti li baqgħu ferm popolari matul iż-żminijiet u li għadhom imfittxija fid-dinja moderna tal-lum.
Stejjer oħra jinkludu l-ħolqien tal-‘Americano’ fl-1933, li jintqal li hu msemmi għal Primo Carnera, l-ewwel Taljan li rebaħ it-titlu fil-heavyweight boxing fi New York, u l-‘Campari & Stelz’, l-aktar xarba popolari fil-Bar Camparino, li fetaħ Davide Campari stess. Dan il-ħanut tax-xorb qed jiċċelebra l-100 sena tiegħu fl-2015 u dal-cocktail sempliċi, għad għandu l-istess popolarità llum daqs meta nfetaħ il-bar seklu ilu.
L-eroj stupenda, Eva Green, tippersonifika n-natura ikonika, klassika u ta’ stil tal-Campari b’numru ta’ lbiesi mill-isbaħ iddisinjati minn stilisti ewlenin, bħal Vivienne Westwood, Versace, Alaia u Christian Louboutin, fost oħrajn.
Ir-ritratti tal-Kalendarju 2015 ittieħdu minn Julia Fullerton-Batten, fotografu tal-arti magħrufa internazzjonalment u l-ewwel mara wara l-lenti tal-proġett ta’ dal-Kalendarju.
L-istil uniku ta’ Julia, li tuża xeni kreattivi u dawl ċinematografiku, għen biex l-istejjer jiġu rrakkuntati viżwalment u joħroġ is-sens li l-Campari jgħodd għal kull żmien, li hu ċentrali għat-tema ta’ din is-sena, ‘Mythology Mixology’.
Bis-saħħa tal-mod distintiv tagħha, Julia tagħti l-ħajja lil kull storja wara l-cocktails klassiċi tal-Campari, b’mod artistiku u kontemporanju.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt